IL-MISSJONI TAGĦNA

Il-Kumitat għall-Approvazzjoni dwar Speċjalisti Mediċi huwa impenjat li jiżgura standards ta’ akkreditazzjoni għall-edukazzjoni u t-taħriġ mediku ta’ wara l-gradwazzjoni f’Malta u l-inklużjoni fir-Reġistru tal-ispeċjalisti mediċi għal tobba li għandhom l-għarfien u l-kompetenza meħtieġa biex jipprattikaw bħala speċjalisti mediċi, f’ġieħ il-professjoni medika u s-sikurezza tal-pubbliku ġenerali.