Funzjonijiet tal-Kumitat għall-Approvazzjoni dwar Speċjalisti Mediċi

Il-Kumitat għall-Approvazzjoni dwar Speċjalisti Mediċi huwa mwaqqaf bl-Artikolu 30 tal-Att tal-2003 dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa (Kap. 464).

L-Artikolu 30 (6) (a) jispeċifika li l-funzjonijiet tal-Kumitat għall-Approvazzjoni dwar Speċjalisti Mediċi għandhom ikunu:

  • Li joħroġ ċertifikati fi żmien tliet xhur mid-data meta jkun irċieva t-talba, jew mid-data li jkun irċieva d-dokumentazzjoni mitluba mill-Kumitat, skont liema tkun l-aktar tard, li persuna tkun spiċċat it-taħriġ speċjalista fl-ispeċjalitajiet elenkati fit-taqsima rilevanti tal-Ħames Skeda, meta jitwettqu l-kriterji rakkomandati mill-assoċjazzjonijiet professjonali rilevanti elenkati fir-Raba’ Skeda;
  • Li jagħti parir lill-Ministru u lill-Kunsill rilevanti fuq materji li jirrigwardaw taħriġ speċjalista u reġistrazzjoni, u kull ħaġ’oħra li tista’ tiġi lilu riferita;
  • Li jaġixxi bħala l-korp li jagħti pariri dwar it-taħriġ f’xi oqsma speċjali tal-prattika professjonali;
  • Li jakkredita programmi ta’ taħriġ wara l-gradwazzjoni;
  • Li jiġbor dawk id-drittijiet għall-approvazzjoni, skont ma jista’ jiġi preskritt.